home
services
news
about
contact
ministry
the minister
permanent secretariat
e-services
departments
justice
boards and committees
malta arbitration centre
emergency
court services
legal services
data protection

 

 

 

 

 


joint office


SETUP

L-ghan ta' l-Ufficcju Kongunt huwa li jamministra l-propjeta' li ghaddiet f'idejn il-Gvern mill-Entitajiet Ekklezjastici permezz ta' l-Att Nru 4 ta' l-1992.

Id-Dipartiment, skond dan l-Att, ghandu jirrikoncilja, jivverifika u jirregistra il-propjeta' kollha li ghaddiet f'idejn il-Gvern f'perijodu ta' ghaxar snin, jigifieri sas-sena 2003, meta ghandu jsir rendikont tal-valur ta' din il-propjeta', li taghha l-Gvern kien hareg stock f'isem l-Entitajiet Ekklezjastici ta' Lm 28,067,000. Id-Dipartiment ghandu wkoll l-inkarigu li jahdem u jipprocessa talbiet mill-pubbliku dwar bdil ta' cnus, ta' qbiela jew kiri u jimplementa decizjonijiet u policies li jkunu ttiehdu jew decizi mill-Gvern.

Bejn Ottubru 1998 u Awissu 2000, skond artiklu 2 tal-ftehim bejn l-Istat ta' Malta u s-Santa Sede, 196 bicca art gew trasferiti lil Awtorita tad-Djar biex jinbnew ghal akkomodazzjoni socjali. Djar vojta nghataw lid-Dipartiment ghal Akkomodazzjoni Socjali. Ohrajn li ma kienux abitabbli nhargu ghal-bejgh bl-offerti. F'dan il-perijodu issewwew 16-il fond li huma mikrija.

Bejn Ottubru 1998 u Awissu 2000 l-Ufficcju Kongunt gabar Lm1,037,997 minn cnus u kirjiet (bejn Ottubru 1996 u Awissu 1998 ngabru Lm431,233) u Lm1,532,348 ohra minn fidi ta' cnus u bejgh ta' proprjeta (bejn Ottubru 1996 u Awissu 1998 l-Ufficcju dahhal Lm826,039 mill-istess sors).

Fit-30 ta' Mejju 2000 gie iffirmat ftehim bejn ir-rapprezentanti tal-Gvern u tas-Santa Sede li permezz tieghu instabet soluzzjoni ghal numru ta' diffikultajiet ta' interpretazjoni li nqalghu wara l-ftehim tat-28 ta' Novembru 1991. Minhabba wahda minn dawn id-diffikultajiet 465 talba ghal fidi ta' cens temporanju pendenti sa mill-bidu ta' l-1996 kienu mwahhlin.

Billi huwa kkalkulat li hemm ?l fuq minn tletin elf bicca ta' proprjeta mxerrda ma' Malta u GHawdex, l-Ufficcju jrid iz-zmien adekwat biex jidentifikom. Sa issa 67% tal-proprjeta giet identifikata. Il-lista ta' proprjeta li tpoggiet fuq il-mejda tal-kamra tar-Rapprezentanti mal-Ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Knisja tehtieg numru kbir ta' korrezjonijiet. Dan kien previst fl-istess Ftehim.

Sa Awissu 1998 kienu gew approvati 3000 korrezjoni. Dawn telghu ghal-6000 sa Awissu tas-sena 2000.Dan l-Ufficcju huwa uniku u fil-fatt mkien, la f'Malta, u lanqas barra, ma nsibu struttura simili. Ghalhekk hafna drabi s-sitwazzjonijiet li jinqalghu, iridu jigu solvuti hekk kif jinqalghu. F'dan ir-rigward imma, matul din is-sena l-Ministeru ta' l-Intern ha passi biex jassigura li, dejjem fil-parametri tal-Ftehim, l-Ufficcju Kongunt jesegwixxi l-istess policies tat-Taqsima Proprjeta tal-Gvern. B'hekk gie evitat duplikazzjoni, jew sahansitra konflitt ta' policy.

 

 

 

HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | DOI

Copyright (C) 2003-8 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved