L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 jirregola l-ipproċessar tad-data personali, kemm jekk miżmuma elettronikament kif ukoll manwalment. Ir-Reġistru ta’ l-Artijiet huwa mpenjat li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti fl-Att.
Għan għall-ġbir tad-Data
Ir-Reġistru ta’ l-Artijiet jiġbor l-informazzjoni sabiex ikun jista’ jagħti servizz skond l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet u l-Att dwar il-Condominia. Kull data miġbura u ipproċessata hija konformi ma’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet u l-Att dwar il-Condominia u leġislazzjoni sussidjarja oħra. Id-data migbura u ipprocessata ghal fini ta’ l-Att dwar ir-Registrazzjoni ta’ l-Artijiet hi skond l-applikazzjonijiet sottomessi min-Nutara Pubblici u hi ibbazata fuq atti pubblici. Id-data migbura u ipprocessata ghall-fini ta’ l-Att dwar il-Condominia hi skond l-applikazzjonijiet sottomessi minn amministraturi jew condomini.
Ricevituri tad-Data
L-ufficjali f’dan id-Dipartiment li huma inkarigati mit-twettiq tal-funzjonijiet ta’ l-istess Dipartiment ghandhom access ghad-data migbura.
In-Nutara Pubblici u dipartimenti ohra tal-Gvern – partikolarment it- Taqsima Propjeta` tal-Gvern ghandhom u l-pubbliku in generali jista’ jkollu access ghad-data migbura minn dan id-dipartiment, liema access hu regolat mill-ligijiet imsemmija hawn fuq u huwa ristrett ghall-funzjonijiet tad-dipartiment kif preskritti fl-istess ligijiet.
Drittijiet tiegħek
Bħala suġġett tad-data inti ntitulat li tkun taf x’informazzjoni qed iżomm fuqek u jipproċessa dwarek dan id-Dipartiment. Int intitulat ukoll li tkun taf għaliex ir-Reġistru ta’ l-Artijiet għandu bżonn din id-data, min jaċċessaha, kif ukoll kif qed iżommha u x’qed jagħmel ir-Reġistru ta’ l-Artijiet biex ikun konformi ma’ l-obbligazzjonijiet kollha li jitlob l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
Biex jilqa’ għal dawn it-talbiet ir-Reġistru ta’ l-Artijiet jimxi mal-proċeduri formali kif stipulat fl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt għal aċċess għal kull informazzjoni personali li r-Reġistru ta’ l-Artijiet iżomm dwaru, kemm dak elettroniku kif ukoll dak manwali.
Talbiet għal aċċess ta’ infomazzjoni jridu jsiru bil-miktub u jiġu indirizzati lill-Kontrollur tad-Data tar-Reġistru ta’ l-Artijiet. Mat-talba, is-suġġett tad-Data jrid jissottometti wkoll dettalji ta’ identifikazzjoni bħal Numru ta’ l-Identita’, isem u kunjom u indirizz. F’każ li nsibu diffikulta’ fuq identita’, nistgħu nitolbu lis-suġġett tad-data sabiex jibagħtilna kopja tal-karta ta’ l-identita’, kopja ta’ passaport eċċ, tiegħu/tagħha. Id-dokument ta’ identifikazzjoni jiġi mibgħut lura lis-suġġett tad-data.
Ir-Reġistru ta’ l-Artijiet huwa impenjat li jipproċessa dawn it-talbiet fl-iqsar żmien possibbli u l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli. Meta t-talba ma tistax tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, s-suġġett tad-data jiġi nfurmat bil-miktub u mogħti r-raġuni għaliex din ma tistax tiġi ipproċessata.
F’każ li l-informazzjoni personali hija żbaljata jew skaduta, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jitlob li l-informazzjoni tiġi emendata, imħassra jew li ma tintużax.
Kontrollur tad-Data
Il-Kontrollur tad-Data tar-Reġistru ta’ l-Artijiet jista’ jiġi ikkuntattjat jew f’dan l-indirizz postali :
Il-Kontrollur tad-Data
Reġistru ta’ l-Artijiet
Casa Bolino 116
Triq il-Punent
Valletta CMR02