spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer spacer
topbanner   spacer
topbanner home divider services divider news divider about divider contact divider ministry corner spacer
separator separator separator separator separator separator spacer
ministry
refugees



L-Ufficcju tal-Kummissarju ghar-Refugjati

L-Ufficcju tal-Kummissarju ghar-Refugjati twaqqaf fil-15 ta' Marzu 2002 bis-sahha tal-pubblikazzjoni ta' l-abbozz ta' Ligi dwar ir-Refugjati.

Ghall-ewwel darba l-ligi ta' Malta qed taghraf u tirregola l-istatus ta' refugjat u twettaq f'pajjizna l-obbligi internazzjonali ta' Malta taht il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istatus ta' Refugjati

Il-ligi pprovdiet ukoll ghall-hatra ta' Kummissarju tar-Refugjati li jiddeciedi jekk persuna hix refugjata jew le. Is-sur Charles Buttigieg inhatar bhala Kummissarju u twaqqaf ukoll Bord ta' l-Appell.

Ghandha ssir distinzjoni bejn refugjat u immigrant illegali. Il-ligi timponi test iebes ghal stat ta' refugjat, mehud kelma b'kelma mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u cioè li jrid ikun hemm biza' imsejsa fuq ir-realtà (well founded fear) ta' persekuzzjoni vera, jekk persuna tirritorna f'pajjizna, sabiex dik il-persuni tigi rikonoxxuta bhala refugjat.

Kull decizjoni tal-Kummissarju tar-Refugjati tista' tigi appellata quddiem Bord Indipendenti ta' tlieta min-nies. L-appell jista' jsir kemm mill-applikant kif ukoll mill-Ministru responsabbli ghall-Immigrazzjoni.

Sakemm jigi deciz jekk persuna hijiex refugjata, dik il-persuna ma tistax titkecca minn Malta, izda tinzamm taht detenzjoni.

Kull min jigi rikonoxxut bhala refugjat, jibda jgawdi minn dawn id-drittijiet:

a) ikollu d-dritt li jghix f'Malta; dan japplika wkoll ghad-dipendenti tieghu li jkunu f'Malta;

b) jekk ikun taht kustodja, jinheles minnufih sakemm ma jkunx qed jiskonta sentenza ta' habs dwar reat; jew qed jistenna li jinqata' il-kaz tieghu;


c) ikollu d-dritt ghal dokument tal-ivjaggar skond il-Konvenzjoni tal-1951;


d) ikollu d-dritt ghal sptar u skola b'xejn, hu u d-dipendenti tieghu f'istituzzjonijiet statali.

Il-ligi pprovdiet ukoll ghall-hrug ta' permessi ta' xoghol (work permit) taht l-Att tal-Immigrazzjoni tal-1970 lill-persuni li huma dikjarati bhala refugjati. Persuni li ma jigux dikjarati refugjati jistghu jitkeccew minn Malta.

Taht il-ligi l-gdida, jista' jinghata kenn temporanju lil persuni li ghalkemm m'humiex refugjati, ma jistghux jirritornaw lejn pajjizhom minhabba gwerra jew ragunijiet serji ohra.

Dan l-abbozz gie diskuss ma' l-ghaqdiet volontarji l-aktar il-Kummissjoni Immigranti u l-Jesuit Refugee Services kif ukoll l-Ufficcju tal-United Nations High Commission for Refugees (UNHCR) f'Ginevra li taw ghajnuna importanti fit-tfassil tal-abbozz.

Il-Gvern Malti informa lill-UNHCR, li Malta nehhiet ukoll il-limitazzjoni geografika li kienet tobbliga lill-pajjizna jirrikonoxxi refugjati gejjin biss mill-kontinent Ewropew.

Il-Kummissjoni Emigranti mmexxija minn Monsinjur Philip Calleja li tirrapprezenta lill-UNHCR f'Malta, li ilha tahdem ghal bosta snin fil-qasam tar-refugjati, ghamlet kuntatti siewja li wasslu ghall-pubblikazzjoni ta' dan l-abbozz li ghall-ewwel darba jaghti sies legali lill-harsien tad-drittijiet tar-refugjati f'Malta.

Bis-sahha tal-Ligi dwar ir-Rifugjati, Malta issa ghandha l-mekkanizmu biex hi stess tkun tista' tipprocessa talbiet minn persuni li jkunu jridu jfittxu kenn f'pajjizna. Dan se jwassal biex il-kazijiet ta' rifugjati genwini jigu rikonoxxuti aktar bil-heffa, izda fl-istess waqt jinqatghu ukoll aktar malajr il-kazijiet li ma jkunux.

Qabel m'ghaddiet il-Ligi ix-xoghol ta' l-ipprocessar ta' l-applikazzjonijiet, u l-ghoti jew ic-cahda ta' l-istatus ta' rifugjat kien isir mir-rapprezentanti tal-Kummissjoni Gholja tan-Nazzjonijiet Uniti ghar-Rifugjati (UNHCR) f'Malta

Fl-1998, meta l-poter ghadda f'idejn Gvern Nazzjonalista, sab illi m'hux biss ir-rifugjati ma kellhomx dritt ghax-xoghol, izda jekk, bhal barranin l-ohra, kienu japplikaw ghall-permess tax-xoghol, kienu jaghmlulhom il-kundizzjoni li jridu jirrinunzjaw ghall-istatus taghhom ta' rifugjati.

Illum mhux biss jinghatalhom permess tax-xoghol jekk huma rikonoxxuti rifugjati izda l-permess jinghata lilhom direttament u mhux lil min ihaddimhom u b'hekk jekk ibiddlu x-xoghol ma jkollhomx ghalfejn li jergghu japplikaw ghal permess iehor kif jaghmlu barranin ohra.

Ghall-ewwel darba wkoll, kull rifugjat inghata 'dokumenti ta' l-ivjaggar' biex ikun jista' jsiefer barra minn Malta u ma jkollux bzonn visa biex jigi lura.

Kull membru tal-familja tar-rifugjat li jasal Malta ghandu l-istess drittijiet bhar-rifugjat innifsu u se tinghata wkoll assistenza finanzjarja lil dawk ir-rifugjati li ma jahdmux.


spacer
leftfiller the minister rightfiller spacer
separator spacer
the parliamentary secretary spacer
separator spacer
permanent secretariat spacer
separator spacer
e-services spacer
separator spacer
departments spacer
separator spacer
justice spacer
separator spacer
local government spacer
separator spacer
boards and committees spacer
separator spacer
malta arbitration centre spacer
separator spacer
passport spacer
separator spacer
citizenship spacer
separator spacer
local council pages spacer
separator spacer
emergency spacer
separator spacer
public and land registry spacer
separator spacer
marriage registry spacer
separator spacer
court services spacer
separator spacer
legal services spacer
separator spacer
lease of government property spacer
separator spacer
attorney general spacer
separator spacer

 

 

 

 


 

 

 

 

 

 

 

 



spacer
spacer

 

 

HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | DOI

Copyright (C) 2003-6 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved