home
services
news
about
contact
ministry
the minister
permanent secretariat
e-services
departments
justice
boards and committees
malta arbitration centre
emergency
court services
legal services
data protection

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ministry

Politika għall-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data

L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 jirregola l-ipproċessar tad-data personali kemm jekk miżmuma f’forma elettronika kif ukoll f’forma manwali.  Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern (hawn taħt il-Ministeru) hu marbut li jkun konformi għal kollox mal-Prinċipji tal-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data kif stipulati fl-Att.

Il-Ministeru jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu fl- amministrazzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ġustizzja u l-intern, u biex jikkoordina kif ikun meħtieġ mad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.  Jista’ jipproċessa data oħra personali bil-għan li jaqdi lill-klijenti.  Id-data kollha tinġabar u tiġi proċessata skond l-Att ta’ l-2001 dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, u skond kull liġi/regolament ieħor li l-Ministru jkun suġġett għalih.

L-impjegati f’dan il-Ministeru, li ġew assenjati biex iwettqu l-funzjonijiet ta’ dan il-Ministeru, jaċċessaw l-informazzjoni li inti tagħtina.  Id-data personali ma tingħatax lil xi parti oħra mingħajr il-kunsens tiegħek sakemm mhux obbligati bil-liġi.

Bħala suġġett tad-data, inti intitolat/a li tkun taf, mingħajr ħlas, x’informazzjoni l-Ministeru għandu dwarek, kif jipproċessha u għaliex; min għandu aċċess għaliha; kif tinżamm aġġornata u x’qed jagħmel id-Dipartiment biex jikkonforma ma’ l-obbligazzjonijiet kollha skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, 2001.

 

L-Att ta’ l-2001 dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data jistipula proċedura formali li biha għandhom jiġu trattati talbiet għal aċċess mis-suġġett tad-data, li l-Ministeru juża’.

Is-suġġetti kollha tad-data għandhom dritt ikollhom aċċess għal kull informazzjoni personali li l-Ministeru għandu dwarhom, jew fuq il-kompjuter jew fil-fajls manwali.  Talbiet mis-suġġetti tad-data biex jingħataw aċċess għal kull informazzjoni personali għandhom isiru  bil-miktub u jiġu indirizzati lill-Kontrollur tad-Data tal-Ministeru.  Flimkien mat-talba trid tibgħat id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħall-numru tal-karta ta’ l-Identita’, l-isem u l-kunjom u l-indirizz.  F’każ li jkollna problema ta’ identifikazzjoni, inti tista’ tkun mitlub/a tibgħat kopja ta’ dokument ta’ identifikazzjoni  bħall-Karta ta’ l-Identita’, il-liċenzja tas-sewqan jew il-passaport, liema dokument jerġa’ jintbagħat lura għandhom wara li tiġi stabbilita l-identifikazzjoni.

Il-Ministeru huwa impenjat li jittratta malajr kemm jista’ jkun it-talbiet għal aċċess għall-informazzjoni personali u jassigura li dawn jingħataw fi żmien raġonevoli, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal dewmien.  Meta xi talba għal aċċess ma tistax tintlaqa’ fi żmien raġonevoli, tingħata raġuni bil-miktub lis-suġġett tad-data li jkun għamel it-talba.

Is-suġġetti kollha tad-data għandhom dritt jirrikjedu li l-informazzjoni dwarhom tiġi emendata, imħassra jew ma tintużax f’każ li ma tkunx korretta.

Il-Kontrollur tad-Data tal-Ministeru jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz postali:

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern

House of Catalunya

Triq Marsamxett,

Valletta CMR 02

jew permezz ta’ email f’dan l-indirizz:

customercare.mjha@gov.mt

 

<<BACK>>

 

 

 

HOME | SERVICES | NEWS | ABOUT | INFO | MINISTRY | HELP | SITEMAP
PRIVACY POLICY | CONTACT US | LINKS | SEARCH | FAQ | DISCLAIMER
GOV.MT | DOI

Copyright (C) 2003-8 Ministry for Justice and Home Affairs - All rights reserved